Estiż l-In-Work Benefit li minnu jibbenefikaw ġenituri li jaħdmu u li għandhom tfal taħt it-23 sena.
Ser jiżdiedu r-rati kollha eżistenti b’€100 fis-sena għal kull wild, u ser jiġu estizi l-limiti għall-benefiċċjarji kollha:
- Għal koppji fejn it-tnejn jaħdmu, il-limitu tad-dħul ser jitla’ minn €35,000 għal €50,000 fis-sena.
- Għal koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem, il-limitu tad-dħul ser jitla’ minn €26,000 għal €35,000 fis-sena.
- Għal ġenituri waħidhom li jaħdmu, il-limitu tad-dħul ser jitla’ minn €23,000 għal €35,000 fis-sena.
- Ir-rati minimi l-ġodda għal madwar 7,000 familja li ser jibbenefikaw mit-twessigħ tal-limiti ser ikunu ta’ €200 fis-sena.