Written by 5:28 pm Il-Miżuri Kollha, Saħħa

Żieda fil-mediċini u trattamenti b’xejn

Il-Gvern ser ikompli jestendi l-formularju billi jinkludi: 

  • Mediċini tal-onkoloġija li jittrattaw diversi tipi ta’ kanċer 
  • Trattament tal-osteoporożi li minnu jibbenefikaw madwar 20,000 pazjent 
  • Mediċini ġodda għat-trattament ta’ mard taċ-ċirkulazzjoni li minnu jibbenefikaw madwar 7,000 pazjent
  • Mediċini psikjatriċi li ser jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ madwar 

5,000 pazjent u jnaqqsu t-tul ta’ żmien li persuna jkollha tqatta’ l-isptar fuq kura psikjatrika 

  • Mediċini ġodda għat-trattament tal-Fibromajalġja li minnhom jibbenefikaw madwar 2,600 benefiċjarju 
  • It-trattament tal-anafilassi li hija reazzjoni allerġika severa tant li potenzjalment tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja, li minnu ser jibbenefikaw madwar 1,400 pazjent. Dan it-trattament ser ikun ipprovdut fi 325 skola biex jiġi amministrat lill-istudenti f’każi t’emerġenza
  • Trattamenti għall-pazjenti li jbatu minn mard infjammatorju 
  • Mediċini ġodda għat-trattament tal-mard rari 
  • Mediċini b’xejn għall-pazjenti tal-IVF
(Visited 63 times, 1 visits today)
Close
Skip to content