Ser jiżdiedu l-pensjonijiet tal-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali b’€24 miljun.
95,000 pensjonant tal-irtirar, tar-romol, tal-invalidità u dawk li jirċievu l-pensjoni mhux kontributorja tal-età ser jibbenefikaw minn żieda ta’ €260 fis-sena jew €5 fil-ġimgħa li minnhom €1.75 huma ż-żieda għall-għoli tal-ħajja u €3.25 hija ż-żieda addizzjonali.