Written by 5:27 pm Ambjent u Tibdil fil-Klima, Il-Miżuri Kollha

Ir-restawr, il-konservazzjoni u l-monitoraġġ tas-siti protetti

Bi sħubija bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u Ambjent Malta, ser jitkompla t-twettiq tal-Management Plans tas-Siti Natura 2000 fejn ser jitkomplew l-interventi ta’ konservazzjoni tal-abitat naturali. Dawn jinkludu fost oħrajn;

  • it-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni;
  • il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ;
  • ir-restawr ta’ bjar u ġwiebi eżistenti, l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni; u
  • l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza u tat-tifi tan-nar.

Ser ikun hemm intensifikazzjoni ta’ interventi ta’ din ix-xorta fuq diversi siti, fosthom dawk fejn ix-xogħol inbeda diġà bħal Kemmuna, il-Magħluq ta’ Marsaskala, iż-żona tal-Victoria Lines u l-Għadira s-Safra.

(Visited 16 times, 1 visits today)
Close
Skip to content