Written by 2:45 pm Il-Miżuri Kollha, Propjetà

Inċentivi biex nieħdu ħsieb il-qalba tal-irħula

Ħelsien tat-taxxa fuq bejgħ u xiri ta’ propjetà vakanti jew f’UCA jew bi stil tradizzjonali

Għal propjetajiet:

  • li ilhom mibnija għal aktar minn għoxrin sena u vakanti għal aktar minn seba’ snin; 
  • li huma f’UCA (Urban Conservation Area); u
  • għal dawk il-propjetajiet ġodda li jinbnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija

Ser tkun qed titneħħa t-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-propjetà. 

Din il-miżura tgħodd ukoll għal min bħalissa għandu l-konvenju u għadu ma għalaqx il-kuntratt. 

Barra minn hekk, first time-buyers ta’ dawn it-tliet tipi ta’ propjetajiet f’Malta ser jirċievu grant ta’ €15,000.

Inċentivi għal koppji Għawdxin

First-time buyers li jixtru dawn it-tip ta’ propjetajiet f’Għawdex ser jirċievu grant bil-valur doppju, jiġifieri €30,000. 

Dawn iż-żewġ miżuri daħlu fis-seħħ mill-għada tal-Baġit 2022, 12 ta’ Ottubru 2021, għal perjodu ta’ 3 snin biex jingħata spazju għal progress gradwali.

Għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas 

Mit-12 ta’ Ottubru 2021, għal dawk li jixtru jew li diġà għandhom dawn it-tip ta’ propjetajiet ser tingħata ukoll għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas sa massimu ta’ €54,000 għal fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta’ restawr u irfinar.

Din tgħodd ukoll għal min diġà xtara propjetà u għaddej bir-restawr. Sabiex dawn il-miżuri ma jkollhomx element spekulatorju u verament jitgawdew mill-familji, se jiġu introddoti numru ta’ regoli fosthom li l-propjetà ma tistax tiġi diviża. 

Estiżi għal sena oħra l-iskemi ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-first-time buyers, second-time buyers u x-xiri ta’ propjetà f’Għawdex.

(Visited 107 times, 1 visits today)
Close
Skip to content