Mis-sena d-dieħla, ħaddiema li għandhom paga bażika li ma teċċedix l-€20,000, li jaħdmu ħinijiet atipiċi jiġifieri, filgħaxijiet, fi tmiem il-ġimgħa u bix-xift mal-privat f’dawn is-setturi li ġejjin, ser jirċievu €150 f’In-Work benefit fis-sena:
- akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel;
- servizzi amministrattivi u ta’ sapport; manifattura;
- transport; u
- ħażna u bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut.
Il-ħaddiema jridu jkunu tal-anqas ħadmu 6 xhur matul sena kalendarja f’dawn is-setturi.