Written by 3:00 pm Il-Miżuri Kollha, Propjetà

Estensjoni tal-iskema Equity Sharing Plus

Komplew jiżdiedu l-benefiċjarji tal-iskema Equity Sharing miftuħa għal persuni li għandhom minn 40 sena ’l fuq, fejn il-Gvern jidħol għal massimu ta’ 50% tal-propjetà. 

Din l-iskema issa ser tiġi estiża u ser tkun miftuħa għal persuni li għandhom minn 30 sena ’l fuq biex jiżdied l-aċċess tagħhom għas-suq tal-propjetà u jsiru sidien ta’ darhom. 

B’hekk, bħalma diġà jsir ma’ persuni eliġibbli li għandhom aktar minn 40 sena, issa se jsir ma’ persuni li għandhom minn 30 sena ’l fuq, il-Gvern ser jidħol għal massimu ta’ 50% tal-propjetà flimkien max-xerrej. 

Ser jibqgħu miftuħin skemi oħra li jgħinu liż-żgħażagħ isiru sidien ta’ darhom, bħall-iskema tal-ħlas tal-10% depożitu li jsir fil-konvenju u li s’issa kellha aktar minn 200 benefiċjarju. 

Ser tibqa’ miftuħa wkoll l-iskema Home Assist biex persuni u koppji bi dħul baxx jirnexxilhom jieħdu self mill-bank. 

Biex jiġu offruti iżjed possibbilitajiet u toroq differenti biex koppja tixtri l-propjetà tagħha, il-Gvern ser jesplora l-possibbiltà biex jinħoloq fond b’rati vantaġġjużi u termini ta’ pagamenti iżjed ħfief għal dawk il-koppji bi dħul baxx.

(Visited 189 times, 1 visits today)
Close
Skip to content