Written by 6:21 pm Il-Miżuri Kollha, Pensjonijiet

Aġġustament fil-pensjoni tar-romol

Ser tiġi aġġustata b’mod gradwali r-rata tal-pensjoni tar-romol biex tkun l-istess bħal tal-konjuġi tagħhom meta jiġu nieqsa u sussegwentement jibqgħu jieħdu ż-żidiet kollha mogħtija mill-Gvern. 

B’hekk fl-2022, 12,000 pensjonant ser igawdi minn żieda massima ta’ €5 fil-ġimgħa b’nefqa totali ta’ €3.3 miljuni. Dan ifisser li l-pensjonanti li jirċievu l-pensjoni tar-romol u li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€10,221 ser jirċievu bejn €10 u €15 f’żidiet fil-ġimgħa jew bejn €520 u €780 fis-sena fid-dħul tagħhom.

(Visited 190 times, 1 visits today)
Close
Skip to content